Dan l-istħarriġ ta’ riċerka hu parti mill-proġett ta’ riċerka Erasmus+ bl-isem “Ħiliet tal-Ħajja għall-Impjiegi permezz ta’ Innovazzjoni VR fl-Era ta’ Covid-19”. L-għan ta’ dan l-istħarriġ hu li jifhem il-bżonnijiet taż-żgħażagħ u l-iktar ħiliet li jeħtieġu għal xogħolhom, għodda u servizzi disponibbli f’pajjiżhom li jgħinuhom fl-għażla tal-impjiegi futuri tagħhom.
Fl-ebda parti mhu se tintalab tagħti d-dettalji personali tiegħek u t-tweġibiet tiegħek dejjem se jibqgħu kunfidenzjali u anonimi.
X’se jsir mill-informazzjoni li tinġabar mit-tweġibiet tal-istħarriġ
Meta taċċetta li tipparteċipa fl-istħarriġ, aħna nintrabtu li ma nqarrquk bl-ebda mod dwar in-natura tar-riċerka li qed nagħmlu, il-mod kif qed tinġabar id-data u l-użu li jsir mir-riżultati tal-istħarriġ.
L-informazzjoni kollha li tipprovdi tkun trattata b’mod kunfidenzjali u tintuża biss għal skopijiet ta’ riċerka. Il-kummenti tiegħek ma jistgħux jiġu identifikati li huma tiegħek, minflok se jitpoġġew ma’ kummenti miġbura minn parteċipanti oħra, u jiġu analizzati bħala parti minn grupp. Aħna mhu se nużaw l-ebda informazzjoni pprovduta minnek għal marketing dirett jew attivitajiet li mhumiex ta’ riċerka.
Il-parteċipazzjoni tiegħek hi fuq bażi volontarja. Inti tista’ titlob li parti minn jew l-involviment sħiħ tiegħek f’dan l-istħarriġ jitħassar jew jinqered.
Web cookies u encryption
Cookie ġġenerat awtomatikament mill-web server jista’ jintuża f’din il-website. Din il-cookie ma fiha l-ebda informazzjoni personali jew ta’ identifikazzjoni u tinqered ladarba titlesta l-browsing session tiegħek. Il-cookie hi parti integrali mis-sigurtà ta’ wħud mill-istħarriġ u għalhekk hi meħtieġa. L-Interactive Advertising Bureau (IAB) jipprovdi gwida indipendenti għal min juża l-internet kif ukoll għall-operaturi online dwar l-użu tal-cookies permezz ta’: http://www.allaboutcookies.org/cookies/
Il-proġett ta’ riċerka hu ffinanzjat mill-Erasmus+ tal-Unjoni Ewropea. Madankollu, il-Kummissjoni Ewropea u l-Aġenzija Nazzjonali tar-Renju Unit ma jistgħux jinżammu responsabbli għal kwalunkwe użu li jsir mill-informazzjoni li tinsab hawn.
There are 20 questions in this survey.